Aġġornata: Partijiet minn San Vinċenz De Paule bla dawl

Newsbook jinsab infurmat li iktar kmieni, partijiet mir-residenza ta’ San Vinċenz De Paule kienu jinsabu bla dawl.

Skont informazzjoni li għandu dan is-sit, l-aktar parti milquta kienet l-Activity Centre. Id-dawl f’din is-sezzjoni dam maqtugħ għal aktar minn sagħtejn.

Id-dawl inqata’ ukoll fis-swali, iżda l-elettriku ġie lura malli bdew jaħdmu l-ġeneraturi.