Partijiet mill-mini ta’ Malta se jingħalqu fil-jiem li ġejjin

Infrastructure Malta ħabbret li din il-ġimgħa se tibda proġett estensiv ta’ manutenzjoni fuq l-erba’ mini ewlenin f’Malta. Dawn jinkludu l-Mini Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan, il-Mini Tal-Qroqq l-Imsida , il-Mini ta’ Santa Venera u l-Mini ta’ Ħal Kirkop. 

Ħafna mix-xogħlijiet se jsiru bil-lejl, bejn id-9pm u l-5am, u fi tmiem il-ġimgħa, ħlief is-Sibt filgħodu jew festi pubbliċi. 

Infrastructure Malta qalet li partijiet mill-mini jistgħu jkunu magħluqa waqt dawn ix-xogħlijiet u appellat biex is-sewwieqa jsegwu t-tabelli lejn korsiji oħra tal-istess mini, jew lejn toroq alternattivi viċin.

Ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett jinkludi t-tindif tal-ħitan tagħhom, tiswijiet strutturali, dwal ġodda, sistemi ta’ cameras tas-sigurtà bit-teknoloġija li jinnotifikaw lill-awtoritajiet b’mod awtomatiku meta jkun hemm xi diffikultà fil-mini, sistemi oħra ta’ kontra n-nirien , ta’ sigurezza u t’emerġenza, u aktar. 

🚧🚧 TAKE NOTE AND SHARE: This week we are starting the €10 million project to upgrade the 4 main tunnels of #Malta’s road…

Posted by Infrastructure Malta on Wednesday, July 29, 2020