Partijiet mill-Belt se jingħalqu minħabba film

Partijiet minn Triq Sant’Ursola u Triq il-Lvant fil-Belt Valletta se jingħalqu għat-traffiku minħabba ġbid ta’ film.
Transport Malta tavża li minħabba ġbid ta’ film dawn it-toroq se jkunu magħluqa min-nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru f’nofsinhar sat-Tnejn 19 ta’ Ottubru fit-8pm, u t-Tlieta mill-4pm sal-Ħamis fit-8am.
Triq Sant’Ursola se tkun magħluqa minn Triq San Ġwann sa Triq l-Arċisqof.  It-traffiku se jgħaddi minn Triq San Kristofru.
Triq il-Lvant se tkun magħluqa mit-tarf ta’ Triq San Kristofru sa Victoria Gate.  It-traffiku u t-trasport pubbliku se jghaddi minn Triq il-Mediterran għal Xatt il-Barriera.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.