Partijiet mill-Asja milquta minn malarja resistenti għall-mediċina

Partijiet min-naħa t’isfel tal-Asja qed jintlaqtu minn malarja li hija resistenti għal mediċina kontra din il-marda.
Din it-tip ta’ malarja qed tilħaq ukoll il-fruntiera ta’ bejn it-Tajlandja u l-Kambodja.
Ix-xjentisti li ħadmu fuq studju dwar il-malarja u r-resistenza għal mediċina qed jitolbu għal azzjoni radikali biex ma tkomplix tinfirex din il-marda.
Ir-resistenza għal mediċina kontra l-malarja għadha ma ġietx irrpurtata fil-partijiet tal-Afrika l-aktar milquta mill-malarja bħal Kenja, Niġerja u l-Kongo.