Parti minn triq prinċipali u l-lift tal-Barrakka jingħalqu xi sigħat fi tmiem il-ġimgħa

Triq Birkirkara f’San Ġiljan, sal-junction ta’ San Ġwann, se tkun magħluqa għat-traffiku bejn it-8.00pm tal-lejla u s-6.00am t’għada filgħodu minħabba li se jinżebgħu l-linji tat-traffiku wara xogħol ta’ asfaltar ġdid.
Transport Malta avżat li t-traffiku minn Triq l-Imrabat lejn San Ġwann se jgħaddi minn Triq is-Sorijiet għal Triq il-Qalb Imqaddsa għal Triq Birkirkara.
It-traffiku minn Vjal ir-Rihan lejn Triq l-Imrabat se jgħaddi minn Triq Birkirkara għal Triq Tas-Sliema direzzjoni lejn ir-roundabout tal-Kappara għal Triq Tas-Sliema fil-Gżira lejn Triq D’Argens.
Transport Malta avżat ukoll li l-lift tal-Barrakka se jkun magħluq għall-pubbliku għada mill-4.00pm ‘il quddiem u jerġa’ jinfetaħ il-Ħadd fis-6:30am ta’ filgħodu.