Parti minn Triq il-Kosta magħluqa minħabba tixrid ta’ fuel

Triq Sant'Andrija fis-Swieqi tinsab magħluqa għat-traffiku.

Għaldaqstant is-sewwieqa qed jiġu mitluba sabiex isuqu b'kawtela hekk kif it-triq li tagħti lejn Triq il-Kosta tinsab magħluqa.

Jirriżulta li kien hemm tixrid ta' fuel f'din it-triq fis-Swieqi.

It-traffiku qed jgħaddi minn Pembroke.