Ritratti: Parti mill-ħajja mistura ta’ Obama

Il-ħajja ta’ politiku li naraw imxandra fuq id-diversi pjattaformi tal-midja hija differenti minn dik li jgħix hu jew hi ġurnata wara l-oħra.
Grupp ta’ ritratti mill-fotografu uffiċjali tal-President Amerikan Barack Obama, Pete Souza, huwa xhieda ta’ dan.
Qalb iż-żewġ miljun ritratt li ġibed tul il-Presidenza, Souza għażel ftit ritratti li juru mumenti emozzjonali kemm bħala President, bħala ħabib, bħala missier u bħala raġel miżżewweġ.