Aġġornata: Titranġa l-ħsara fil-provvista tad-dawl f’Għawdex – Enemalta

Il-provvista tad-dawl f’Għawdex reġgħet ġiet lura għan-normal skont l-Enemalta.

Aktar kmieni, il-kumpanija kienet qalet li “parti kbira” minn Għawdex tinsab bla dawl.

Kelliema għall-Kumpanija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-qtugħ tal-provvista tad-dawl irriżulta minn “high tension fault”. Nies tekniċi mill-Enemalta ġew ordnati jsewwu l-ħsara.

Uħud mil-lokalitajiet li kienu bla dawl huma r-Rabat (Għawdex), il-Fontana, u x-Xagħra.