Il-Parlament japprova unanimament it-trasferiment tas-Suq tal-Belt

Il-Parlament, illejla, approva t-trasferiment tas-Suq tal-Belt u l-Mellieħa Sports Club.
Il-mozzjonijiet għat-trasferiment ġew approvati unanimanent.
Iktar kmieni, il-Kumitat dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika approva li s-Suq tal-Belt jiġi mgħoddi lill-kumpannija Arkadia Ltd. Il-Kumpannija ntgħażlet mil-gvern wara proċess kompetittiv li ra erba’ offerti. Is-Suq tal-Belt ingħata fuq titlu ta’ enfitewsi għal 65 sena.
Il-mozzjoni dwar it-trasferiment tal-Mellieħa Sports Club lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa tenfasizza li l-klabb ma jistax jintuża għajr għal skopijiet sportivi, xogħol amministrattiv u bar.