Parla, parla, Parlament… minn għada

Il-Parlament se jerġa’ jibda jiltaqa’ minn għada, l-1 t’Ottubru, fis-6pm wara l-pawża tas-sajf, u diġà għandu 11-il abbozz ta’ liġi fuq l-aġenda tiegħu. Qabel, fil-11am se tiltaqa’ l-House Business Committee.

Wieħed minn dawn l-abbozzi huwa proposta leġiżlattiva għal-liġi fuq l-NGOs u diversi proposti għal tibdil fl-awtoritajiet li jmexxu s-servizzi finanzjarji ta’ Malta. Se jitressqu wkoll 2 abbozzi marbuta mas-settur edukattiv, oħrajn fuq l-iżvilupp sostenibbli, fuq il-kontroll tal-armi, u fuq il-pensjoni.

Il-baġit tal-2019 se jiġi ppreżentat fit-22 t’Ottubru.