Parkeġġi f’Tas-Sliema se jsiru bil-ħin

Is-sindku ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop dalgħodu ħabbar skema ta’ parkeġġ għar-residenti. Fi żmien ħames xhur, l-iskema se tkopri l-lokalità kollha. Se tibda fl-inħawi ta’ Triq Dingli u tiġi estiża maż-żmien.

Nofs il-parkeġġi f’tas-Sliema se jsiru bil-ħin bejn it-8:00am u d-9:00pm. Dawk il-persuni li mhux residenti se jkunu jistgħu jipparkjaw fl-istess post għal mhux aktar minn sagħtejn. Meta jgħaddi dan il-ħin, iridu jċaqalqu l-karozza u jistennew siegħa sabiex jipparkjaw fl-istess post.

Il-Kunsill Lokali ħabbar ukoll li żamm statistika ta’ kemm jgħaddi traffiku minn Triq Borg Olivier u Triq Amery. Dawn iċ-ċifri ġew preżentati lil Transport Malta.