Parkeġġ ta’ 3 sulari approvat f’Tas-Sliema

Il-bandli taż-żona tat-Torri f’Tas-Sliema se jitneħħew sabiex minflokhom jinbena parkeġġ ta’ 3 sulari. Dan qalitu l-Awtorità tal-Ippjanar.

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li l-faċilità tal-parkeġġ il-ġdida se ttaffi l-problema tal-karozzi fiż-żona filwaqt li jkun hemm faċilitajiet għall-familja fit-triq. Se jitqiegħdu bandli ġodda qrib it-Torri ta’ De Redin li jmur lura għas-seklu 17. Skont l-Awtorità, ġew riveduti l-pjanijiet għall-parkeġġ sabiex dan ma jsirx b’detriment tat-Torri.

Il-parkeġġ għandu jiflaħ għal kważi 200 karozza. It-toilets fiż-żona ġew rilokati wkoll.

L-applikazzjoni għall-permess għal dan il-bini ġiet sottomessa mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.