Parkeġġ riservat jekk se tagħti d-demm

Minħabba li bħalissa qed isir xogħol quddiem iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa, il-parkeġġ riservat għad-donatrui tad-demm mhuwiex aċċessibbli. Dan jista’ jħalli effett negattiv fuq dawk li jkunu jixtiequ jagġħtu d-demm.

Il-bank tad-demm jixtieq javża li sar provvediment mill-awtoritajiet konċernati sabiex kull min jixtieq jagġti d-demm ujista’ jipparkja fi kwalunkwe post fi pjazza San Luqa, inkluż fiż-żona fejn is-soltu jgħaddu l-karozzi tal-linja. Sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel dan, importanti li jkollu l-permess apposta li jinġabar mir-reception taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm u jitpoġġa wara l-windscreen.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm jixtieq javża li bħalissa r-riserva tad-demm għada mhux fil-livell mixtieq speċjalment id-demm O positive.

Kull min jixtieq jagħti d-demm jista’ jmur

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM mit-8:00am sas-6:00pm (l-aħħar dħul fis-6:00pm).
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 10 ta’ Marzu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja parrokkjali tal-Qrendi.
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li nhar it-Tlieta 12 ta’ Marzu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm (l-aħħar dħul fil-5:00pm).

Huwa importanti li wieħed jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.