Parkeġġ Mater Dei: Strajk minn ħaddiema “għax iridu jħallsu”

Read in English.

Min-nhar it-Tnejn li ġej, ħaddiema fl-Isptar Mater Dei se jkollhom jibdew iħallsu €2 kuljum jekk jagħmlu użu mill-parking.

Dan qaluh xi sorsi ma’ Newsbook.com.mt li spjegaw li kawża ta’ dan se jkunu qed jagħmlu strajk għada li jibda propju mis-7am, minkejja li l-unjins ma ordnawx strajk u rrifjutaw li jgħinuhom.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon, qal ma’ Newsbook.com.mt li kuntrattur ġdid se jkun qed jieħu f’idejħ il-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei, skont il-Kap Eżekuttiv tal-isptar, Ivan Falzon.

Mara li taħdem l-Isptar Mater Dei u li xtaqet li tibqa’ anonima qalet ma’ Newsbook.com.mt li hi single mother bi tlett itfal. Spjegat li għandha paga ta’ €950 fix-xahar u qed tintalab tonfoq madwar €50 fix-xahar minnhom sabiex tkun tista’ tipparkja viċin l-isptar.

Irrimarkat li wara diskussjonijiet, is-soluzzjoni ewlenija li jidher li offrewlhom hija vouchers ta’ €20 fix-xahar għas-servizz tat-trasport pubbliku.

Is-soluzzjoni l-oħra, spjegat l-omm, hija li jipparkjaw fiċ-ċentru ta’ San Ġwann u jimxu ta’ kuljum għal Mater Dei.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar, Ivan Falzon, sostna li l-Isptar Mater Dei ma jidħolx f’dawn it-tip ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu fejn jidħol il-parkeġġ.

Sostna li wieħed għandu jifhem li ladarba l-kuntrattur inbidel, il-parkeġġ b’xejn se jkun offrut għall-ħaddiema tiegħu u mhux għal dawk ta’ kumpaniji oħrajn.