L-ewwel il-parkeġġ imbagħad tieqa ġdida – Is-Sindku

Newsbook.com.mt tkellem mas-Sindku ta’ San Lawrenz Noel Formosa dwar it-tieqa artifiċjali proposta minn Perit Russu minflok l-Azure Window. Hu qal li l-enfasi għandha l-ewwel tkun fuq it-titjib tal-immaniġjar tad-Dwejra bħala attrazzjoni turistika qabel ma wieħed iqis li jimplimenta tieqa artifiċjali.

Formosa spjega li n-nuqqas ta’ mmaniġjar fid-Dwejra b’mod speċifiku madwar il-faċilitajiet tal-parkeġġ tal-karozzi, huwa “diżorganizzat” u hi “xi ħaġa viżibbli”.
Hu qal li jekk wieħed jasal fiż-żona tal-parkeġġ tad-Dwejra u jsibha diżorganizzata, tiġbdu lura. Minflok huwa jemmen li l-Gvern, il-Kunsill Lokali u l-Għaqdiet mhux Governattivi għandhom jibdew jaħsbu bis-serjetà dwar l-iżvilupp ta’ mmaniġjar aħjar taż-żona u l-faċilitajiet tagħha.

Aqra l-artiklu sħiħ.