Park tal-Avjazzjoni ġdid u bini ta’ hub diġitali

€8 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ser ikunu allokati għal żewġ proġetti ġodda li mistenija jiiġġeneraw impjiegi ta’ kwalità.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg qal li €3.6 miljun se jkunu użati għall-iżvilupp tal-Park tal-Avjazzjoni ġewwa Ħal Safi.

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jiġi mtejjeb il-passaġġ li jgħaqqad ir-runway mal-hangar u ż-żona fejn jigu pparkjati l-ajruplani.

Mistennija jinbnew tliet hangars ġodda biex ikunu jista’ jsir xogħol ta’ manutenzjoni, tranġar u tibdil ta’ ġettijiet żgħar.

Dr Ian Borg qal li t-tieni proġett se jkun il-bini ta’ hub diġitali ġewwa l-Life Science Park f’San Ġwann.  Dan se jiswa €4.4miljun u se jgħin lill-intrapriżi li ġejjien mis-settur tal-kreattività. Dan il-hub mistenni joħloq sa massimu ta’ 120 impjieg ġdid.

B’dan il-proġett se jkun qed isir studju biex jiġi ddeterminat l-potenzjal ekonomiku ta’ secondary data cable bejn Malta u Għawdex.