Parità għall-Maltin kontra l-Isvizzeri

It-tim Malti tan-nisa kellu logħba tajba kontra t-tim Svizzeru li hu meqjus in-numru 19 fost l-aqwa timijiet tad-dinja. Il-Maltin kisbu d-draw ta’ 2-2 fil-logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet ġewwa s-Centenary.

Wara l-ewwel taqsima li spiċċat bla gowls, il-Maltin kellhom jirkupraw minn gowl darbtejn biex spiċċaw il-logħba bl-iskor ta’ 2-2. Għal darb’oħra l-Maltin irnexxielhom jiksbu riżultat pożittiv fit-tieni nofs tal-logħba.

Fit-tieni taqsima l-Isvizzeri marru fuq quddiem grazzi għal Pando. Iżda l-Maltin irreaġixxew immedjatament u minn azzjoni minn corner, Stephania Farrugia ma fallitx. Il-barranin reġgħu marru fuq quddiem żewġ minuti biss wara grazzi għall-istess Pando li b’daqqa’ ta’ ras qabżitu minn fuq Xuereb. Għall-Maltin kienet Ylenia Carabott li għamlet l-iskor 2-2 wara li rċiviet ballun mingħand Brenda Borg.

Iddebuttat ukoll Sydney Schembri li Gatt ta ċ-ċans li tilgħab fl-aħħar 10minuti.

Għal Malta lagħbu: Janice Xuereb, Nicole Sciberras, Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Jade Flask, Charlene Zammit, Shona Zammit, Dorianne Theuma, Brenda Borg, Haley Bugeja, Ylenia Carabott.

Subs used: Alishia Sultana, Sydney Schembri, Martina Borg, Veronique Mifsud.