Pariri ta’ missier: X’għandek tagħmel qabel it-tieni wild?

Ritratt: Arkivji

Il-wasla tat-tieni tifel jew tifla fil-familja għal xi uħud tista’ tkun aktar diffiċli minn dik tal-ewwel wild. Dan għaliex wieħed ikun irid jgħatli l-attenzjoni lill-ewwel wild, filwaqt li jipprepara ruħu għall-wasla tat-tieni wild. Missier ta’ żewġti tfaljagħti dawn is-suġġerimenti lil dawk kollha li se jkollhom it-tieni wild.

  1. Ipprepara d-dar minn kmieni

Hekk kif tkun taf li qed tistenna t-tieni wild, ibda pprepara ruħek biex takkomodah. Jekk hemm bżonn ta’ kamra oħra fid-dar, ibda’ agħmel l-arranġamenti neċessarji mill-aktar fiż possibli. Il-kamra tat-tarbija mistennija għandha tkun lesta qabel ma titwieled u xhur qabel ma t-tarbija tkun se tibda’ torqod fil-kamra. B’hekk, meta tasal it-tarbija, il-ħin liberu tiegħek tkun tista’ tqattgħu magħha.

  1. Erġa’ aqra l-kotba dwar it-trabi

Ċerta informazzjoni li tkun qrajt qabel ma kellek l-ewwel tarbija faċli tibda tinsiha. Għalhekk, għandek tqatta xi ftit mill-ħin liberu tiegħek taqra kotba u artikli tat-tfal, tara l-filmati u tmur għall-korsijiet dwar it-trabi.

  1. Agħmel lill-ewwel wild parti mill-proċess tal-wasla tat-tarbija

Kellem lill-ewwel wild tiegħek dwar it-tarbija; dwar daqs xiex fiha t-tarbija preżentament, u ħalluhom jagħżlu l-isem tat-tarbija. Biex tagħmel din tal-aħħar, itlob lill-ewwel tifel jew tifla tiegħek jagħżlu bejn żewġ ismijiet.

  1. Sib ħin għall-mara jew raġel tiegħek

Skont dan ir-raġel, huwa importanti li din tingħata prijorità, għaliex ġaladarba jaslu t-tfal se jkun hemm ħafna inqas ħin għal dan.