Pariri dwar l-ilbies tal-ħwejjeġ għal waqt l-għoti tad-demm

Ritratt: Puwadon Sang Ngern

Qed noqorbu lejn tmiem Novembru u bil-mod il-mod it-temp beda jiffriska xi ftit. Għaldaqsatant Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, bħal fi snin oħra,  ifakkar lil kulmin ser jersaq biex jagħti d-demm jevita’ li jilbes ħwejjeġ goffi, u oħrajn li jgħattu kompletament l-għonq, bħal polonecks. Iridu wkoll jiġu evitati ħwejjeġ bi kmiem dojoq b’attenzjoni partikolari meta dawn ikollhom jiġu mxammrin minħabba l-eżami mediku, kif ukoll id-donazzjoni tad-demm innifisha. 

Għalkemm dawn jidhru li huma affarijiet żgħar, fir-realtà meta dawn l-osservazzjonijiet ma jiġux imħarsa jippreċipitaw effetti mhux mixtieqa bħal sturdament u tbenġil.

Għaldaqstant ejja nżommu dawn il-pariri f’moħħna u nkomplu nżommu l-għoti tad-demm bħala esperjenza mill-isbaħ u ta’ sodisfazzjoni liema bħalu.

L-għoti tad-demm għandu jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.  
  • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa. Dakinhar il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 1 ta’ Diċembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Noti importanti!

  • Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
  • Kulmin ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju. 

Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.