Pariri dwar il-pets għal żmien il-Milied

Żmien il-Milied hu żmien ta’ ferħ għall-familja kollha. Meta jingħad li hu għall-familja kollha dan żgur jinkludi lill-pets tagħna li għandna nqisuhom bħala parti mill-familja. Iżda dan iż-żmien jista’ jkun ukoll żmien ta’ periklu għall-pets jekk ma niħdux ċerti prekawzjonijiet biex inbegħduhom mill-perikli minn oġġetti li nużaw f’dan il-perjodu tas-sena. Hawn taħt issbu xi pariri biex  inħarsuhom minn xi nkwiet għalihom … u, naturalment, għalina li nkunu rridu nieħdu ħsiebhom.

1. Tagħmlux il-bozoz tas-siġra tal-Milied ħafna fil-baxx għax dawn jistgħu jiġbdu lejhom l-annimali biex jilagħbu magħhom. Jekk igerrmu l-wires jixxukkjaw irwieħhom.

2. Il-qtates iħobbu jgerrmu t-tinsel li nżejnu bihom is-siġra tal-Milied. Jekk jibilgħu minnhom jeħlulhom fl-imsaren u jkollhom jiġu operati.

3. Xi karti tat-tgeżwir, ribbons u anki spag jekk jinbelgħu jeħlu fl-imsaren bħal fil-każ ta’ qabel din.

4. Il-ponsjetta hija valenuża għall-pets. Għalhekk tagħmilhiex f’post fejn l-annimali jistgħu jilħquha u jgerrmuha.

5. Biċċiet tal-laħam mimlija xaħam u spices m’għandhomx jingħataw speċjalment  lill-klieb. Il-ġilda tad-dundjan iddum biex tkun diġestita u tista’ twassal għall-pancreatitis.

6. Titmagħhomx għadam imfarrak.

7. Iddewwaqilhomx spirti, lanqas biex tiggustahom. L-alkoħol jista’ jkun valenu għalihom.

8.  Xi klieb jistgħu jkunu suxxettibbli għal-lewż u jistgħu jispiċċaw tassew morda.

9.  Evita kull ikel bi spices għall-pets. Trid tqisu bħala velenu għalihom.

10. Tagħtihomx xi ċikkulata. Din twassal għal inkwiet fl-istonku jew agħar.

11. Aċċerta ruħek li kull wire li minnu jkun għaddej l-elettriku jkun moħbi jew minn jintlaħaqx mill-pets.

Żmien il-Milied hu żmien ta’ ferħ u ma jispiċċax żmien ikraħ għal tkun trid tieħu l-pets tegħek għand il-vet minħabba nuqqas ta’ ħsieb min-naħa tiegħek.