Pariġi: Trasport pubbliku b’xejn jekk ikompli jiżdied it-tniġġiż

L-awtoritajiet f’Pariġi ħabbru li se joffru t-trasport pubbliku bla ħlas minħabba tniġġiż qawwi tal-arja mit-traffiku.

Għat-tielet jum konsekuttiv, kważi terz tat-22 reġjun fi Franza kienu fuq alert minħabba t-tniġġiż.

In-nuqqas ta’ riħ, l-iljieli kesħin u l-ġranet sħan wasslu għal żieda qawwija fil-partiċelli perikolużi fl-arja mit-traffiku u s-sistemi li jsaħħnu l-arja.

Se jiżdiedu l-kontrolli fuq karozzi antiki filwaqt li t-trakkijiet mhux se jitħallew jgħaddu miċ-ċentru tal-kapitali Franċiża.