Pardew imdendel ma’ WBA

Il-kowċ ta’ West Bromwich Albion Alan Pardew jinsab pass biss bogħod milli jiġi mneħħi mill-kariga. Dan ġie żvelat mill-gazzetta Ingliża The Sunday Telegraph hekk kif matul il-ġurnata tas-Sibt il-Baggies tilfu kontra Watford bl-iskor ta’ 1-0 barra minn darhom.
It-tim li jilgħab fil-Hawthorn Stadium jinsab fl-aħħar post tal-Premier League Ingliż meta minn 29 partita kisbu biss 20 punt minn tliet rebħiet u 11-il dro filwaqt illi tilfu 15-il partita.
Huma jinsabu f’periklu imminenti illi jiġu relegati meta jinsabu tmien punti bogħod mit-tim illi jinsab ir-raba’ mill-aħħar.