Parassita letali tinstab fl-ilma fi New Orleans

Parassita letali li kienet il-kaġun li wassal għal mewt ta’ żewġt itfal aktar kmieni din is-sena instabet f’riżerva tal-ilma tajjeb għax-xorb mill-Awtoritajiet fl-Istati Uniti. 

Il-parassita bl-isem ta’ Naegleria Fowleri instabet fis-sistema tal-ilma f’St. Bernard fix-xlokk ta’ New Orleans.

L-esperti Amerikani sostnew li din hija l-ewwel darba li din il-parassita kibret fl-ilma ittrattat.

It-tobba jsostnu li l-parassita mhix perikoluża għall-bniedem lanqas jekk wieħed jixrob l-ilma ikkontaminat.

Ir-riskju jinsab jekk il-parassita tidħol fil-ġisem mill-imnieħer fejn tkun jista’ teħel man-nervituri u tikkawża ħsara permanenti fil-moħħ u twassal għall-mewt.