Paragwaj: Jagħtu n-nar lill-bini tal-Kungress

Fil-Paragwaj għadd ta’ dimostranti taw in-nar lill-bini tal-Kungress fost sensiela ta’ atti vjolenti kontra abbozz ta’ liġi li jippermetti terminu ieħor lill-president tal-pajjiż.
Dimostranti kissru twieqi u gradi f’Asuncion, biex juru li ma jaqblux mal-President Paragwajan Horactio Cartes li jrid ineħħi r-restrizzjoni li president jista’ biss iservi terminu ta’ 5 snin f’din il-kariga.
Il-kostituzzjoni stipulat dan ftit wara li l-pajjiż ħareġ minn 35 sena ta’ dittatorjat.
Dawn huma l-agħar skontri vjolenti fil-Paragwaj mindu sar pajjiż demokratiku fl-1992.