Paqpaqli: Il-Maġistrat jaf tirrekuża ruħha

Read in English.

Il-Maġistrat Nadine Lia jaf tirrekuża ruħha milli tisma’ l-każ ta’ Paqpaqli għall-Istrina dwar incident li seħħ fl-2015. Dan għaliex iddikjarat li taf il-qraba ta’ wieħed mill-akkużati.

Il-każ kien taħt ir-responsabbilità tal-Maġistrat Aaron Bugeja. Però Bugeja issa laħaq Imħallef u allura maġistrat ieħor kellu jieħu l-każ f’idejh. Lia ġiet appuntata għal dan l-irwol, però issa se tkun qed tiddeċiedi jekk għandhiex tirrekużua lilha nnifisha mill-każ.

Sitt kawżi għad-danni miftuħin tliet snin ilu minn persuni li kienu fost it-23 vittma tal-avveniment Paqpaqli għall-Istrina ġew irtirati.

Paqpaqli: Iwaqqgħu 6 kawżi għax ħadu l-kumpens

F’Novembru tal-2018, Avukati tad-Difiża staqsew għalfejn instructors tal-Porsche li kienu ddisjnaw it-trakka fl-ispettaklu ta’ Paqpaqli ma tressqux il-Qorti.

Paqpaqli: “Għaliex ma tħarrkux dawk li ddisinjaw it-trakka?