Paqpaqli: “Id-danni għall-wiċċ l-organizzaturi” – MIA

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta insista li d-danni li saru kawża tal-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina f’2015 għandhom jitħallsu mill-organizzaturi.

F’ittra ġudizzjarja l-MIA rrifjutat l-allegazzjonijiet li saru kontra l-Ajruport mill-għaxar voluntiera tal-attività Paqpaqli għall-Istrina, filwaqt li qalet li se tkun se żżomm l-individwi reponsabbli f’każ li terzi jfittxu kumpens mill-kumpanija.

Il-każ imur lura għall-4 ta’ Ottubru 2015, meta karozza lussuża li kienet qed tinstaq b’veloċita qawwija spiċċat fuq in-nies li kienu qegħdin isegwu.

Paqpaqli għall-Istrina kien wieħed mill-avvenimenti qabel l-Istrina li fih kienu jinġabru fondi għall-kawża iżda dan twaqqaf wara l-inċident.

13-il persuna li jinkludu wkoll il-miljunarju Paul Bailey ġew imressqa l-qorti f’Ġunju 2016. Huma ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.

L-ittra ġudizzarja tal-MIA kienet kontra 10 organizzaturi.

Sitt minn nies li kienu weġgħu dakinhar qed iffittxu l-organizzaturi għad-danni.