Avukati tad-Difiża staqsew għalfejn instructors tal-Porsche li kienu ddisjnaw it-trakka fl-ispettaklu ta’ Paqpaqli ma tressqux il-Qorti.
Illum l-avukati insistew li l-instructors kienu infurmati li f’każ ta’ inċident, il-barrikati ma kienux se jipproteġu lill-ispettaturi.
L-espert tal-Qorti Martin Bajada xehed u spejga kif ħareġ informazzjoni mill-karozza Porsche wara l-ħabta. Din l-informazzjoni ingħatat lill-Maġistrat inkwerenti biex ikun jista’ janalizza l-funzjonijiet u errors li joħorġu mill-informazzjoni elettronika. Uffiċjal tal-Pulizija spjega kif kien ikkoordina t-trasferiment tal-karozza mis-sit tal-inċident lejn garaxx ta’ Muscat Motors. Uffiċjal tal-Pulizija tpoġġa għassa mal-karozza.
Sitt kawżi għad-danni miftuħin tliet snin ilu minn persuni li kienu fost it-23 vittma tal-avveniment Paqpaqli għall-Istrina ġew irtirati. Rapporti fil-midja lokali kienu ħabbru li 11 mill-vittmi irċevew kumpens wara li aċċettaw li jidħlu fi ftehim ma’ the Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Għalhekk, dalgħodu ngħalqu l-kawżi ċivili pendenti. Id-dikjarazzjoni saret fil-Qorti mill-Imħallef Lawrence Mintoff li kien qed jippresjedi s-sitt kawżi li ġew miftuħin kontra l-President, l-MCCFF, l-organizzaturi ta’ Paqpaqli għall-Istrina u anke lil Paul Bailey.