Ingredjenti
papra ta’ 2.5kgs
2 larinġiet
tazza nbid aħmar
werqa randa
ħwawar tat-tiġieġ
grokk liqueur tal-larinġ
bżar u melħ
ħabaq frisk
Metodu
Neħħi x-xaħam żejjed minn mal-papra, aħsel sew bl-ilma u idlek bil-meraq ta’ larinġa, bżar, melħ u ħwawar.
Sajjar f’dixx fond bi ftit ilma f’temperatura 220˚C, għal madwar siegħa u nofs.
F’kazzola saħħan il-meraq ta’ larinġa, l-inbid, il-liqueur u r-randa sakemm din it-taħlita tagħqad xi ftit. Żid il-qoxra tal-larinġa mqattgħa rqiqa.
Meta l-papra tkun saret, ferrex din it-taħlita fuqha u żejjen bi ftit slices tal-larinġ u weraq tal-ħabaq.