Papa Pawlu VI jista’ jkun il-patrun tat-trabi mhux mitwielda

Il-Papa Pawlu VI li mistenni jkun iddikjarat qaddis aktar tard din is-sena, jista’ jkun il-patrun tat-trabi mhux imwielda. Dan qalu l-postulatur tal-kawża għall-qdusija tiegħu.
Fr Antonio Marrazzo qal li billi ż-żewġ mirakli attribwiti lilu biex seta’ jkun iddikjarat qaddis kienu jinvolvu żewġ trabi mhux mitwielda, “Pawlu VI jista’ jkun invokat bħala l-protettur tal-ħajja fil-ġuf”.
Fiż-żewġ każi, l-omm tat-tarbija qatt ma kienet fil-periklu tal-mewt u anqas ma kienet l-ewwel tqala, imma t-tqala setgħet tispiċċa billi t-tarbija jkollha deformazzjonijiet serji u għalhekk fiż-żewġ każi t-tobba kienu ssuġġerewlhom biex jagħmlu abort. L-ommijiet irrifjutaw li jagħmlu dan u t-trabi twieldu kompletament f’saħħithom.
Il-Papa Pawlu VI mexxa l-Knisja Kattolika bejn l-1963 u l-1987 u fl-Enċiklika famuża tiegħu “Humanae Vitae” kien qal li “l-interruzzjonijiet diretti tal-proċess ġenerattiv li jkun diġa’ beda u kull abort, anke jekk għal raġunijiet terapewtiċi u mediċi, għandhom ikunu esklużi għal kollox bħala metodi legali biex jirregolaw in-numru tat-tfal”.
Dik l-Enċiklika kienet enfasiżżat ukoll it-tagħlim tal-Knisja kontra  l-mezzi artifiċjali tal-kontroll tat-twelid u l-isteriliżazzjoni.