Il-Papa Franġisku se jiġi mistieden jindirizza l-Parlament Ewropew

Il-Papa Franġisku mistenni jkun mistieden biex jindirizza l-Parlament Ewropew. Dan hekk kif hu rrappurtat li f’udjenza mal-Papa, fil-11 t’Ottubru, il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz mistenni jagħmel stedina uffiċjali lil Papa Franġisku biex jindirizza l-Parlament Ewropew.

Sorsi rrappurtaw li ż-żjara ta’ Martin Schulz mhix waħda uffiċjali iżda hija skedata u anke kienet ikkonfermata mill-Unjoni Ewropea. Madanakollu jista’ jkun hemm tibdiliet rigward l-udjenza ta’ Schulz ma’ Papa Franġisku u għalhekk din iż-żjara s’issa għadha mhix waħda uffiċjali.

Ta’ min jgħid li l-predeċessuri ta’ Martin Schulz kienu stidenu lil Papa Benedittu XVI biex jindirizza l-Parlament Ewropew, iżda l-istedina ma kinitx milqugħa. Il-Beatu Ġwanni Pawlu II kien laqa’ l-istedina fl-1988.