Il-Papa Franġisku m’għandux il-coronavirus

FILE PHOTO: Pope Francis coughs as he leads the weekly Angelus prayer in St Peter's Square at the Vatican, March 1, 2020. Vatican Media/Handout via REUTERS

Read in English.

Il-ġurnal Taljan Messaggero jirrapporta li l-Papa Franġisku għamel test għal coronavirus Co-Vid19 li rriżulta fin-negattiv. 

Tħassib dwar is-saħħa tal-Papa beda jiżdied hekk kif kellu jħassar xi appuntamenti pubbliċi minħabba li kien ma jiflaħx. 

Fost l-impenji li kkanċella kien hemm irtir għal żmien ir-Randan. 

Skont ma ntqal f’dan ir-rapport, il-kelliem għal Vatikan Matteo Bruni ma kellux reazzjoni immedjata għal din l-aħbar. Il-Papa għandu 83 sena u kellu parti mill-pulmun imneħħi wara intervent li kellu jagħmel minħabba marda li kellu snin ilu.