Papa Franġisku ma jridx joqgħod fl-appartament Papali

L-appartament tal-Papa ilu lest diversi jiem imma Papa Franġisku iddeċieda li se jibqa’ fir-residenza Santa Marta li hemm fil-Vatikan.

Il-kelliem ewlieni tal-Vatikan Patri Federico Lombardi qal li l-Papa issa qed joqgħod fil-kamra 201 li hemm f’Santa Marta. F’din il-kamra, il-Papa għandu kamra tas-sodda, salott żgħir u uffiċċju.

L-appartament Papali jużah biss meta jkollu xi udjenza ġenerali u nhar ta’ Ħadd meta mill-gallarija joħroġ jgħid l-Angelus.

Patri Lombardi qal li l-Papa Franġsiku bħalissa qed jagħmel esperiment biex jara jekk jirnexxielux jgħix mas-saċerdoti l-oħra f’Santa Marta. Sa issa għadu mhux magħruf sakemm se jdum f’din ir-residenza.

F’Santa Marta hemm madwar 120 kamra li ġeneralment, meta ma jkunx hemm Konklavi, uħud minnhom jintużaw mis-saċerdoti u l-isqfijiet li jaħdmu u jagħtu servizz fil-Vatikan.

Ir-ritratti t’hawn fuq juru l-kmamar tar-residenza tal-Papa.