Papa Franġisku jżur id-19 il-parroċċa f’Ruma

Papa Franġisku jżur il-parroċċa ta' San Giulio, fil-periferija ta' rUMA
Nhar il-Ħadd filgħaxija l-Papa Franġisku ddedika il-Ħames Ħadd tar-Randan għal żjara pastorali fil-parroċċa ta’ San Giulio, f’Montevrde, fil-punent tad-djoċesi ta’ Ruma li hu l-Isqof tagħha.
Din iż-żjara saret wara tliet snin ta’ ħidma ta’ restawr fil-knisja wara li s-saqaf tagħha kien iġġarraf.  Din kienet id-dsatax il-parroċċa f’Ruma li l-Papa żar tul il-pontifikat tiegħu.
Dedikazzjoni ta’ artal ġdid  
Waqt din iż-żjara, il-Papa Franġisku bierek u ddedika l-artal ġdid tal-parroċċa li fih tpoġġew ir-relikwi ta’ San Ġwann Bosco, Santa Margerita Maria Alocoque u Santa Maria Goretti.
Il-Papa kien milqugħ mill-Isqof Awżiljarju Mons. Paolo Selvadagi, il-kappillan Fr Dario Frattini u Fr Rinaldo Guarisco, is-Superjur Ġenerali tal-Kanonċi tal-Immakulata Kunċizzjoni li għandhom f’idejhom il-ħidma pastorali f’din il-parroċċa.
Qabel il-quddiesa l-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ numru ta’ morda u wara tela’ fis-sular ta’ fuq tar-rettorat fejn iltaqa’ li tella’ xena min-Natività biex ġabar fondi għar-restawr tal-knisja.  Il-Papa tkellem ukoll ma’ miżżewġin ġodda u koppji għarajjes li qed iħejju għaż-żwieġ u wara mal-voluntiera tal-Caritas u dawk li jibbenefikaw mill-ħidma karitatevoli tagħhom.
Is-Sagramenti fil-parroċċa
Il-Papa mbagħad niżel fl-istruttura temporanja li kienet qed tintuża waqt ir-restawr tal-Knijsa fejn hemm iltaqa’ ma’ tfal li qed jipprepraw biex jirċievu s-Sagrament tal-Ewwel Tqariba u l-Griżma u mal-ġenituri ta’ trabi li għadhom kif irċivew jew se jirċievu l-Magħmudija.
Immedjatament qabel il-quddiesa il-Papa Franġisku sema’ wkoll il-qrar ta’ bosta parruċċani.
Iż-żjara fil-Parroċċ ta’ San Giulio hi d-dsatax il-żjara formali li għamel il-Papa f’parroċċi f’Ruma. Dan barra li żar diversi knejjes oħra f’Ruma, fosthom il-Bażilika ta’ Santa Sofia fejn hemm il-komunità tal-Kattoliċi Griegi u Ukreni f’Ruma, il-komunità Evanġelika Luterana, il-Knisja Anglikana tal-Qaddisin Kollha u s-Sinagoga tal-Lhud li hemm fil-kapitali Taljana.