Il-Papa Franġisku jikkritika l-qagħad waqt żjara f’Molise

Waqt żjara li għal darb’oħra kkonfermat għalfejn ħafna jqisu lil Papa Franġisku bħala “il-kappillan tad-dinja kollha”, il-Papa żar ir-reġjun ta’ Molise fl-Italja, reġjun ikkunsidrat minn ħafna bħala wieħed minsi sforz il-kriżi ekonomika u r-rata għolja ta’ qagħad li wieħed isib fih.
Waqt iż-żjara, Franġisku żar madwar 150,000 persuna f’temp ta’ inqas minn tmien siegħat, fejn iltaqa’ ma’ ħaddiema industrijali, bdiewa, żgħażagħ, foqra u nies bla xogħol.
Qal li n-nuqqas ta’ ikel mhix l-agħar ħaġa tal-qagħad. Skont il-Papa, “il-problema hi li l-qagħad jisraqilna d-dinjità li nistgħu nġibu l-ikel fuq il-mejda tagħna.”