Papa Franġisku jieħu l-ewwel ritratt bil-mowbajl

Sempliċi telefonata jew inkella ritratt bil-mowbajl jistgħu jfissru ħafna jekk jagħmilhom Papa Franġsiku. Wara li ċempel min jeddu u qad ikellem lil tliet persuni li ma jafhomx, Franġisku reġa’ ħalla lil kulħadd iċċassat. 

Waqt li kien il-Vatikan, ilbieraħ il-Papa ħa ritratt bil-mowbajl ma’ tliet żgħażagħ.  B’ċerta kurżità, il-Papa jidher li qed iħares lejn il-kamera u ż-żgħażagħ qed jidħku u jippużaw. 

Wisq probabbli ż-żgħażagħ li ħadu r-ritratt mal-Papa għadhom ma jistgħux jemmnu li kull meta jridu jaraw il-Papa, jistgħu jaraw ir-ritratt minn fuq il-mowbajl tagħhom.

Dan ir-ritratt spiċċa qed idur mal-erbat irjieħ tad-dinja wara li tpoġġa fuq twitter minn ġurnalista Taljana.