Papa Franġisku jibda żjara fir-Rumanija

Is-Santrwarju Marjan ta’ Sumuleu Ciuc, li Papa Franġisku se jżur u jqaddes fih. (Senior Vatican Correspondent, Deborah Castellano Lubov.)

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-Papa Franġisku qed jagħmel żjara fir-Rumania, pajjiż li fil-parti l-kbira tiegħu l-poplu hu ta’ twemmin Ortodoss, fejn il-Kattoliċi jammontaw biss għal 7.2% tal-popolazzjoni  ta’ aktar minn 19.6 miljun persuna.

Skont statistika uffiċjali tal-Vatikan, fi tmiem is-sena 2017 fit-territorju Rumen ta’ 238,391 kilometru kwadru, hemm 2,031 parroċċa u 64 ċentru pastroali imqassma fi 13-il djoċesi biex jaqdu 1,445,000 kattoliċi.

7.2% biss huma Kattoliċi

Fl-aħħar ta’ April ta’ din is-sena fir-Rumanija kien hemm 18-il Isqof, 1,792 qassis djoċesan, 265 patrijiet, 4 djakni permanenti, 72 reliġjuż li ma jqaddsux, 1,070 soru, 128 membri f’Istituti sekulari, 56 missjunrji lajċi u 573 katekisti.

Fejn jidħlu l-vokazzjonijiet saċerdotali tajjeb li wieħed ikun jaf li fir-Rumanija hemm 2,256 student f’eminarji minuri u 599 oħra f’seminarji maġġuri.

Hemm ukoll numru ta’ skejjel li huma proprjetà jew immexxija mill-Knisja. Dawn jinkludu 68 skola primarja jew kindergarten b’5940 student, 26 skola medja jew sekondarja bi 3954 student u 7 skejjel ta’ edukazzjoni għolja jew universitajiet li fihom qed jattendu 894 student jew studenta.

Bzrra minn hekk, il-Knisja Kattolika fir-Rumanija tmexxi 14-il sptar, 43 klinika, 34 Djar ta’ Anzjani jew persuni bi bżonnijiet speċjali u 35 orfanatrofji.

Santwarju Marjan devot

Papa Franġisku se jkun fir-Rumanija sa nhar il-Ħadd li ġej fejn fost affarijiet oħra mistenni jżur is-Santwarju Marjan devot ta’ Sumuleu Ciuc, l-aktar sit kattoliku mportanti fil-pajjiż fejn kull sena jsiru pellegrinaġġi kbar minn madwar id-dinja kollha.

Is-santwarju jinsab fid-djoċesi ta’ Alba Iulia kien inbena fl-1009 minn San Stiefnu li kien Re tal-Ungerija.

Il-qofol tal-pellegrinaġġi lejn dan is-santwarju jsirufi żmien il-Pentecoste.

Is-santwarju hu mibni bi stil Barokk u l-bini tiegħu tlesta fl-1804 u fih hemm meqjuma statwa prezzjuża tal-Madonna. Il-Patrijiet Franġiskani jieħdu ħsieb dan is-santwarju. L-istatwa tal-Madonna li hemm fis-santwarju nħadmet bejn l-1515 u l-1520 u kienet salvata minn nirien qerrieda li kien hemm fl-1661.

Fis-santwarju, fejn Papa Franġisku mistenni jkoll jiċċelebra quddiesa, wieħed isirb ukoll numru kbir ta’ “ex-voto” b’ringrazzjament lill-Verġni Marija għall-ħafna grazzji li qalgħet.