
Il-Papa Franġisku wasal it-Tajlandja, l-ewwel waqfa fi żjara pastorali fl-Asja.
Din iż-żjara qed issir fil-350 anniversarju mill-ewwel missjoni papali fi Siam (l-isem li bih kienet magħrufha t-Tajlandja).
Il-popolazzjoni Kattolika fit-Tajlandja hija ta’ inqas minn 2%, hekk kif ir-reliġjon predominanti fil-pajjiż hija l-Buddiżmu.
Il-Papa mistenni jkollu laqgħat mar-Re tat-Tajlandja. Tul din iż-żjara, il-Papa se jkollu l-assistenza personali tal-kuġina tiegħu bħala interpretu.
Wara t-Tajlandja, l-Papa mistenni jmur il-Ġappun.