Papa Franġisku jappoġġja “Jum għall-Ħajja” fl-Ingilterra

L-isqfijiet Kattoliċi tal-Ingilterra, Wales, l-Irlanda u l-Iskozja qablu li t-tema għall-“Jum il-Ħajja” ta’ din is-sensa għandha titratta t-tema xokkanti tal-abbuż domestiku

Waħda minn kull erba’ nisa u wieħed minn kull sitt irġiel kien vittmi ta’ abbużi domestiċi f’ħajjithom.  Kull ġimgħa żewġ nisa jinqatlet fl-Ingilterra mis-sieħeb jew l-ex sieħeb tagħhom.

Quddiem dan il-fenomentu, l-Isqof John Sherrington li hu responsabbli mill-organiżazzjoni ta’ Jum il-Ħajja fl-Ingilterra qal”

“Din l-istatistika xokkanti issejħilna biex niġġieldu l-pjaga tal-abbuż domestiku. Għal dawk li qed jesperjenzaw l-abbuż domestiku, id-dar m’hix post sigur anzi spiss hi post tat-tbatija, biżà, degradazzjoni u isolament.  L-abbuż domestiku hu problema moħbija u xogħolna hu li min għaddej minn dawn l-espejenzi ngħinuh irabbi l-kuraġġ bie ifittex l-għajnuna fi ħdan il-Knisja. Irridu nqajmu kuxjenza fil-knejjes tagħna biex ikunu mezz kif nindirizzaw din il-problema serja morali u soċjali.”

Il-vjolenza domestika

Għall-okkażżjoni ta’ Jum il-Ħajja fl-Ingilterra, is-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan bagħat messaġġ ta’ appoġġ lill-Konferenza tal-Isqfijiet.

“Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku jibgħat l-isbaħ xewqat lil dawk kollha li qed jiċċelebraw Jum il-Ħajja 2019 li qed isir fl-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Irlanda.

“Kif qed tiddiskutu l-pjaga tal-Abbuż Domestiku u b’mod partikolar it-trattament tal-mistħija li spiss ikunu suġġetti għalih in-nisa, il-Papa jitlob biex l-isforzi biex ikunu megħjuna dawk l-aktar vulnerabbli, iħallu l-frott u jikkontribwixxu lejn impenn akbar fil-ġlieda kontra kull forma ta’ esplojtazzjoni.

Naqsmu l-Aħbar it-Tajba

“Ir-responsabbiltà li naqsmu l-Aħbar it-Tajba li kull ħajja umana hi sabiħa u sagra, hi sejħa nobbli u l-Papa joffri l-inkoraġġiment tiegħu lil dawk kollha li jistinkaw biex jippromwovu kultura favur il-ħajja u jibgħat il-Barka Apostolika tiegħu”, temm jgħid il-messaġġ tal-Papa.

“Jum il-Ħajja” hu ċelebrat mill-Knisja Kattolika f’dawn l-erba’ pajjiżi tar-Renju Unit. Jum dedikat biex titqajjem kuxjenza dwar it-tifsira u l-valur tal-ħajja umana f’kull stadju tgħha u f’kull kundizzjoni.  Din is-sena dan il-Jum se jkun ċelebrat nhar il-Ħadd li ġej, 16 ta’ Ġunju.

Il-ġbir li jsir fil-parroċċi kollha f’ “Jum il-Ħajja” jintuża f’ħidma għall-promozzjoni tad-dinjità tal-persuna umana billi jingħataw għotjiet biex jinħolqu ‘networks’ li jaħdmu fuq proġetti kontra l-vjolenza domestika.