Papa Franġisku jappella għas-solidarjetà mal-222 mejta fl-Indoneżja

Il-Papa Franġisku appella lil kulħadd biex jitlob miegħu għall-vittmi li qed isofru fi żmien il-Milied, b’referenza partikolari għal iktar minn 222 li mietu minħabba tsunami kiefer fl-Indoneżja llum.
Wara li talab l-Anġelus f’nofsinhar, il-Papa qal li ħsibijietu bħalissa huma fuq il-popolazzjonijiet tal-Indoneżja, affettwati minn diżastri naturali vjolenti li kkawżaw nuqqas kbir ta’ ħajja umana, apparti iktar nies nieqsa jew jinstabu bla saqaf fuq rashom, u danni materjali kbar.
It-tsunami fil-gżejjer ta’ Java u Sumatra qatel iktar minn 222, bi 843 persuna mweġġgħa, u 28 neqsin. Esperti jemmnu li t-tsunami ġie wara valanga taħt l-ilma kkawżata mill-vulkan Anak Krakatau. Residenti rrappurtaw li ma raw l-ebda sinjali tad-diżastru l-lejl ta’ qabel, imma l-Awtorijtatjiet qalu li ndaqqet sirena f’ċerti postijiet.