Papa Franġisku: Iż-żgħażagħ m’għandhomx bżonn il-mowbajls u ċ-chats!

Illejla fi Pjazza San Pietru l-Papa Franġisku għadda messaġġ liż-żgħażagħ kollha li nġabru fil-pjazza. 
B’mod skjett appellalhom biex jieqfu jaħlu l-ħin jiċċettjaw, jużaw il-mowbajl jew jaraw it-telenoveli.  
Skont il-Papa, “il-ħin hu don minn Alla u ħafna żgħażagħ qed iqattgħu ħafna ħin jiġru wara affarijiet bla sugu”.
Il-Papa mbagħad iċċajta ftit mal-50,000 abbati Ġermaniżi li kienu fi Pjazza San Pietru.  Qallhom li huma m’għandhomx għalfejn jaħsbu kif se jorganizzaw irwieħehom, għax din tiġihom naturali!
Għall-ewwel darba, Franġisku nstema’ jitkellem bil-Ġermaniż, il-lingwa tal-Papa Emeritu Benedittu XVI.