Papa Franġisku: Ħarsu l-ambjent u pproteġuh!

Waqt l-Anġelus, il-Papa Franġisku sejjaħ għal aktar ħarsien tal-ħolqien fl-okkażjoni tal-jum li fih l-isqfijiet Taljani qed jiffokaw fuq l-edukazzjoni tan-natura u kif din għandha tkun protetta.
Qal li jixtieq li kull istituzzjoni u assoċjazzjoni żżid l-isforzi tagħha sabiex tħares l-ambjent.
B’referenza għall-Vanġelu tal-Ħadd il-Papa qal li hemm kuntrast bejn il-mod kif jaħseb Ġesù u kif interpretawh id-dixxipli tiegħu meta tkellem dwar il-passjoni u l-mewt tiegħu.
Qal li kien Pietru li ma ħasibx kif jaħseb Alla u bla ma ried kien qed jagħmilha ta’ xitan.
Temm jgħid li qed ngħixu f’dinja mimlija kultura soċjali iżda “ma nistgħux nitilfu t-togħma tal-melħ”, hekk kif il-Vanġelu jibqa’ sors li jispira l-ħajja, flimkien mal-Kelma t’Alla u l-pjan tas-Salvazzjoni.