Pantomima għal kawża ġusta

Read in English.

Għall-15-il sena konsekuttiva l-Mellieħa Youth qegħda ttella’ l-pantomima annwali tagħha. Din is-sena t-tema magħżula hija dik ta’ Snow White, pantomima addattata għal udjenzi ta’ kull età. Imma min huma l-Mellieħa Youth u x’jagħmlu?

Mellieha Youth huwa grupp ta’ individwi magħmul min-nies tal-età ta’ 12-il sena ‘l fuq ġejjin minn diversi oqsma tal-ħajja. Darba fil-ġimgħa jiltaqgħu biex jitkellmu, jissoċjalizzaw u jiddiskutu għażla ta’ temi u suġġetti, soċjali, spiritwali u kulturali, dak kollu li jkun qed itaqlilhom moħħhom. Apparti minn hekk huma kontinwament qed jaħdmu biex jorganiżżaw attivitajiet regolari biex jgħinu kawżi ġusti.”

Il-pantomima hi waħda minn dawn l-attivitajiet ta’ matul is-sena. Il-fondi miġbura mil-bejgħ tal-biljetti huma wżati biex jgħinu l-membri tal-għaqda, li ta’ kull sena jitilgħu Lourdes ġewwa Franza biex jagħmlu volontarjat mal-morda. Hija wkoll attività li tgħaqqad lill-kommunità tal-Mellieħa, filwaqt li tagħti lil dawn iz-żgħażagħ l-opportunita li juru t-talenti u l-ispirtu tagħhom. Il-kitba, korjografija, sett u reċtar huma kollha frott ix-xogħol siewi ta’ dawn iż-zgħażagħ bl-għajnuna tal-voluntiera li jmexxuhom. Il-kitba u lirika huma oriġinali.

Snow White: Il-Pantomima, addattata għall-udjenzi ta’ kull età se tittella s-Sibt 28 ta’ Diċembru 2019, fis-Sala Godfrey Wettigner, fl-iskola Primarja tal-Mellieħa, Kulleġġ Marija Reġina.