Pannelli tal-elettriku għall-kamp tal-iscouts

Read in English.

Il-Victoria Scout Group ħadu fondi mill-EcoGozo biex jinxtraw pannelli fotovoltajiċi biex jintużaw waqt il-kampijiet flok il-generators tal-fjuwil.

Jesmond Scerri, il-Venture Scout Leader tal-iscouts f’Għawdex qal ma’ Newsbook.com.mt, li l-grupp irċieva €2,500 biex jintużaw għal dan l-għan. Spjega li x-xiri tal-pannelli kien ikkumplimentat b’sessjonijiet edukattivi għaż-żgħażagħ li huma membri fil-grupp.

Huwa qal li mal-ġurnata qed issir attività tal-abseiling. Fisser kif it-tagħmir tal-abseiling li qed jiżżanżan illum inxtara permezz ta’ fond ieħor tal-Ministeru għal Għawdex taħt l-iskema għal tagħmir sportiv.

Aktar kmieni llum, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret il-kamp tal-iscouts li qed isir fid-Dwejra.