Pannelli fotovoltajiċi u dwal artifiċjali fil-pitch tal-futbol tax-Xagħra

Waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-installazjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi u dwal artifiċjali fil-pitch tal-football tax-Xaghra United, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Dr. Stefan Buontempo sostna li kull klabb u assoċjazzjoni jrid ikun kreattiv u innovattiv mhux biss fl-ideat tal-proġetti li jrid iwettaq, iżda anki fil-finanzjament ta' dawn il-proġetti u l-amministrazzjoni ġenerali tal-klabb.
Grazzi għall-installazzjoni ta' pannelli solari fuq id-dressing rooms tal-pitch tal-futbol tax-Xagħra, dan il-klabb se jixgħel l-floodlights tal-grawnd u se jiġġenera iktar elettriku li se jkun qed jiġi mibjugħ lill-Enemalta.
Dr. Anton Refalo tkellem fuq il-prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex fil-qasam sportiv.
Huwa semma’ l-importanza li jkomplu jitjiebu l-faċilitajiet kemm tal-Gozo Stadium, kif ukoll tal-klabbs l-oħrajn kollha sabiex l-isportivi Għawdxin jkollhom l-aqwa  faċilitajiet kemm għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għal-logħob kompettitiv.
F’Għawdex se jkun hemm żewġ tournaments internazzjonali.
Dawn huma l-UEFA Elite under 17 f’Mejju u r-Regions Cup tal-UEFA f’Ottubru.
Dr. Buontempo u Dr. Refalo għamlu referenza għall-proġetti infrastrutturali li se jibdew fiż-żmien li ġej, fosthom id-dressing rooms ġodda għas-Sannat Grawnd, flimkien max-xogħol fuq il-grawnds f’Għajnsielem, l-Għarb u l-Qala.