Panini bi sticker album għall-Premier League

Il-kumpanija Panini se jkunu qed iniedu album tal-istickers għall-istaġun li ġej. Dan ħabruh wara li irnexxielhom jilħqu ftehim mal-Premier League.

Id-Direttur Maniġerjali ta’ Panini qal li l-Premier League huwa wieħed mill-akbar u l-aktar kampjonati b’saħħithom fid-dinja. Hu qal li l-isfida se tkun biex ireġġgħu lura dan is-suq fl-Ingilterra. Kollezzjonisti ta’ ċerta età fir-Renju Unit li kibru jġemmgħu l-istikers tal-futbol ta’ Panini, din se tkun b’mod partikulari għalihom, aħbar eċitanti.