Panettone

Riċetta mill-Kok Paul Fenech
Ingredjenti 

  • 500ml ħalib fietel
  • 170gr zokkor
  • 15gr ħmira
  • 100ml żejt taż-żebbuġa
  • 3 bajdiet
  • 500gr dqiq tat-tip "00
  • 500gr dqiq tat-tip Manitoba 
  • kuċċarina melħ
  • 70gr konfettura
  • 70gr żbib
  • 2 qxur tal-lumi

Metodu
1. Poġġi d-dqiq magħrbul fil-kontenitur tal-mixer imsaħħna. 
2. Saħħan il-ħalib u ġo fih ħoll il-ħmira u z-zokkor. 
3. Żid it-taħlita tal-ħalib, ħmira u zokkor fuq id-dqiq u ibda ħaddem il-mixer u ħalli t-taħlita tinħadem sew sakemm tiġi għaġina. 
4. Ma' din it-taħlita, żid ukoll iż-żejt u l-bajd, u ħallihom jinħadmu flimkien, imbagħad żid il-melħ, il-konfettura, iż-żbib u l-lumi maħkuk, u ħalli kollox jinħadem sew flimkien sakemm ikollok taħlita sħiħa. 
5. Għatti t-taħlita b'sarvetta u ħalliha sakemm tirdoppja. Imbagħad itfa' fil-forma tal-panettone u ħalliha terġa' tirdoppja qabel ma taħmiha. Qabel taħmi, b'sikkina għamel forma ta' salib fil-wiċċ. 

6. Sajjar għal bejn 60 u 75 minuta f'temperatura ta' 180C. Ara li l-panettone jkun imsajjar sew billi iddaħħal skewer fin-nofs li għandha toħroġ umda u mhux xotta għal kollox. 
7. Kif ikun lest, serrħu rasu 'l isfel sakemm jiksaħ. 
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK