Pancakes stil Amerikan

Ingredjenti

135g dqiq plain

1 kuċċarina baking powder

nofs kuċċarina melħ

2 mgħaref zokkor

130ml ħalib

1 bajda kbira, imħabbta ftit

żejt taż-żebbuġa

2 mgħaref butir imdewweb

Metodu

Agħrbel  id-dqiq, il-baking powder u l-melħ flimkien f’bieqja. Żid iz-zokkor.

F’bieqja oħra ħallat il-ħalib, il-bajda u l-butir imdewweb.

Issa ferragħ t-taħlita tal-ħalib ma’ dik tad-dqiq  u ħawwad b’furketta sakemm ikollok taħlita lixxa sakemm ma tibqax tara boċċi. Ħalli t-taħlita toqgħod għal ftit minuti.

Saħħan taġen fuq nar moderat bi ftit butir. Ferragħ kuċċarun mit-taħlita fit-taġen. Stenna ftit sakemm il-wiċċ tal-pancake jibda jifforma bżieżaq. Imbagħad aqlibha u kompli sajjar sakemm il-wiċċ isir kulur kannella sabiħ u l-pancake togħla madwar 1ċm.

Il-pancakes tista’ żżommhom sħan f’forn imma l-aħjar li jittieklu meta jkunu dritt mit-taġen!