Panama Papers: L-AĠ jappella biex Antonio Mizzi jmexxi l-inkjesta

L-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li l-Imħallef Antonio Mizzi m’għandux ikun dak li jiddeċiedi fl-inkjesta tal-Panama Papers, peress li martu, Marlene Mizzi, hija MEP Laburista.

Simon Busuttil, meta żvela dan fuq Facebook, wissa li din hi theddida għall-ġustizzja, meta l-Avukat Ġenerali jagħżel li ma jkunx hemm trasparenza.

Huwa fakkar li kien hu li talab li tinfetaħ din l-inkjesta sabiex tinvestiga l-kumpaniji fil-Panama ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Busuttil insista li mhuwiex se jieqaf jiġġieled għall-ġustizzja.

Għadni kif ġejt notifikat li l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li l-Imħallef Antonio…

Posted by Simon Busuttil on Thursday, July 26, 2018