Panama Papers: Konrad Mizzi ma jmurx il-Qorti; “Inkredibbli” – Casa

Il-Ministru Konrad Mizzi reġa’ ma marx il-Qorti dwar il-każ b’rabta mal-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-Panama Papers skont il-Membru tal-Parlament Ewropew Nazzjonalista David Casa, mossa  li Casa ddeskriva bħala “inkredibbli”.

Fuq Facebook Casa qal li din il-kawża nfetħet minn Mizzi biex jipprova jwaqqaf inkjesta fl-involviment tiegħu fil-Panama Papers. Casa żied jgħid li mhux xieraq kif Mizzi qed juża’ kull mezz possibbli biex jaħrab mill-ġustizzja.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi kien talab lill-Qorti biex tiddikjara li hemm jew li jista’ jkun hemm ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ smigħ xieraq tiegħu fil-każ tal-Panama Papers. Skont Mizzi, dan minħabba l-parteċipazzjoni tal-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-proċeduri. Ilmenta wkoll dwar dak li ddeskriva bħala “forum shipping” ta’ Busuttil.

Incredible. Once more Konrad Mizzi fails to turn up at court to face us at in his own hearing to try and stop the…

Posted by David Casa on Thursday, December 20, 2018

Simon Busuttil u David Casa talbu sabiex jitħallew jintervjenu bħala partijiet fl-applikazzjoni Kostituzzjonali sottomessa mill-Ministru Konrad Mizzi.