Panama Papers jsemmu persuni qrib Hillary u Bill Clinton

Persuni qrib il-kandidata Presidenzjali Hillary Clinton issemmew fil-ħruġ t’informazzjoni Panama Papers.
Il-ġurnal Ġermaniż li qed jiżvela d-dettalji mid-dokumenti tal-kumpanija Mossack Fonseca, Sueddeustche Zeitung, semma ismijiet ta’ persuni li taw b’miljuni ta’ dollari fi flus inkella mexxew jew kienu parti mill-kampanji elettorali ta’ Hillary jew ta’ Bill Clinton u li għandhom kumpaniji offshore